top of page

Poem - Self-Harm Awareness Day

On behalf of Self-Injury Awareness Day, which was on the 1st of March, The Voice would like to share with you a poem written by a student among us, who wished to remain anonymous, portraying the harsh realities and thoughts that go through the mind of one that is suffering from depression. We urge any of you to immediately seek out help, through our brilliant school counsellor for example, if you are faced with the constant need to self-harm, as such matters should not be taken lightly. Our society is deprived of the right attitudes when faced with such situations and still unfortunately, consider them to be taboo. The first step to overcoming this is by talking about it and becoming more aware, as is the aim of the following poem, which features explicit scenes of self-harm. Therefore, do not read it if you are easily triggered.

Mewt Ippjanat

F’satra ta’ lejl kiesaħ u sieket,

B’qalb beżgħana, b’moħħ determinat,

Vittma soċjali oħra, kull futur tilfet,

Meta s-serħan sabet f’mewt ippjanat.

Fetħet il-kexxun, ix-xafra ħarġet,

Rogħda qabditha, biża’ ħakimha,

Iżda “Ħabba fik ħajti mar-riħ taret,”

U ma waqfitx – ommha bi żball ġabitha!

Daħlet fil-banju, sakkret il-bieb,

“Teqridx – f’ħajtek għandek kollox perfett!”

Iżda ħadd qatt ma semagħha, anqas il-ħbieb,

X’jiswa l-ġid meta dejjem naqsek l-affett?

“Tmur skola tas-sinjuri ‘mma sinjura mhix;”

Hawn fetħet il-vit, għamlitu misħun,

Għax hi ppruvat tlaħħaq ‘mma x-xogħol ma ppermettiex,

‘Ssa hemm student inqas x’jgħajru stramb u miġnun.

B’demmha jbaqbaq f’ġilda mniġġsa bl-ansjeta’,

Ħasbet fl-imxennqa li riduha għal ġisimha,

Iż-żina għattnet l-imħabba f’dis-soċjeta’

Tgħid iriduha, issa li ħa ‘tnitten’ isimha.

Qatgħet il-polz u ma kull qatgħa rat

Kif liebes liem maskra liebes,

Mis-soċjeta’ xorta tkun ikkundannat,

Kemm jekk turi u kemm jekk iżżomm iebes!

“Int ħoxna”, “Kerha”, “Xagħrek qisu żbul”,

Għajjiet tinjorahom, ġennewha dal-ħsibijiet,

Demmha ħareġ gelgul, ma kienx ħa jieħu fit-tul,

Iddgħajfet ħajjitha u l-istess ġara ‘l-vuċijiet!

Hi kellha qalb imkissra u moħħ marid,

Jgħidulek: “Aħseb pożittiv u jgħaddilek!”

‘Mma d-dipressjoni – tagħha m'intix is-sid,

Taħkmek f’sekonda u ħajtek tgħerrilek!

“Iftaħli”, ħabbtet l-omm b’ritmu irregolari,

Ritmu jidwi ma’ dak ta’ qalb iddisprata,

‘Zda ma weġbitx – ‘Ssa setgħu jiġu pari,

Ta’ kemm fittxitha u sfat minnha injoranta!

In-Nil stħat ħdejn il-ħmura tal-madwar,

Il-ħmura ta’ ħajja mittiekla bil-ħruxija,

Il-ħmura ta’ mħabba ġġudikata mill-kbar,

“Tgħid la nitlaq, jibqgħu jiftakru fija?”

Il-kesħa daritha, d-dgħjufija ħakkmitha,

‘Mma hi kienet lesta għal dan id-destin,

Għax ħadmet kemm ħadmet f’ħajjitha

Qatt ma kien biżżejjed, qatt ma kienu kburin.

Il-bieb żgassawh u daħlet l-omm,

Hawn sabet tilqagħha x-xena mdemmija,

Niżlet tgħannaq ‘l bintha – l-biki tipprova żżomm,

“Mela tħobbni tassew?” ħasbet kollha ħtija.

L-omm ċemplet għall-għajnuna,

Waslu wkoll xi wħud minn ħbiebha,

“Għala l-ħrief l-ewwel li jħalluna?”

Qalu huma u jippruvaw jieħdu ħsiebha.

Moħħha ttappan u l-vista ċċajpret,

“Tgħid dan kollu kien biss nuqqas ta’ ftehim?”

Il-biża’ tat-telfa deher fuq wiċċ dak li ħabbet

“Tgħid seta’ kelli xi post qalb il-ħajjin?”

“Irrid ngħix – kien żball” kienet l-aħħar thewdina

L-għajnuna waslet, ‘żda kien għadda wisq ħin,

It-tfajla ħalliethom bla l-iċken tlissina

Żball hekk ma jitranġax – iħallina biss imkissrin.

L-omm bla mistrieħ, il-ħbieb kollha ħtija,

Dejjem attakkaw – qatt m’urew li kienu kburin

F’pajjiż li nesa’ kemm l-azzjoni tkattar tbatija,

Naraw kif ta’ qattiela aħna kollha mixlijin.

“F’satra ta’ lejl kiesaħ u sieket,

B’qalb għatxana, b’moħħ ikkalpestat,

Vittma soċjali oħra, kull futur tilfet,

Meta s-serħan sabet f’mewt ippjanat.”

Featured Posts
Recent Posts
Archive
Search By Tags
Follow Us
bottom of page